Thursday, April 25, 2024

Mekkanik jammetti li żamm karozzi misruqa f’garaxx biex jiġu żarmati u mibjugħa għall-parts

Aqra wkoll

L-arrest ta’ mekkanik Bulgaru wassal lill-pulizija biex issib garaxx f’Ħal Qormi fejn kienu qed jinżammu numru ta’ karozzi misruqa u li kienu qed jiġu żarmati biex jiġu mibjugħa għall-parts.

Miroslav Mihalev ta’ 34 sena residenti Ħal Qormi ġie mixli li kellu karozzi misruqa fil-pussess tiegħu u li qered l-evidenza ta’ reat bejn it-30 ta’ Ottubru u s-6 ta’ Novembru li għadda f’żona ta’ parkeġġ f’Tal-Ħandaq.

Fil-Qorti ntqal li l-imputat ammetta għal dawn ir-reati fl-interrogazzjoni tiegħu u kkonferma din l-ammissjoni meta tressaq quddiem il-Maġistrat Abigail Critien. 

Fis-sottomissjonijiet dwar il-piena, id-Difiża talbet lill-Qorti timponi piena fil-minimu tagħha fid-dawl tal-koperazzjoni tiegħu mal-pulizija. Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni qalet li ma kinitx qiegħda tinsisti fuq piena effettiva ta’ ħabs.

Is-sentenza fil-konfront ta’ Mihalev se tingħata fl-1 ta’ Diċembru li ġej. Sadanittant, huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €3,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Jeffrey Scicluna, Shawn Pawney u Stephen Gulia.

L-Avukat Jacob Magri deher għal Mihalev.

Sport