Tuesday, February 18, 2025

Melita jgħaqqdu tmiem il-ġimgħa ta’ sorpriżi

Aqra wkoll

Melita …………….2

Hamrun S. ………0

Minn Cristian Muscat

 

Kien jonqos biss il-konfront bejn Melita u Hamrun Spartans biex jiġi inkurunat tmiem il-ġimgħa mimli sorpriżi fil-Malta Premier League hekk kif għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-0.

Kienet rebħa meritata b’Hamrun jonqsu milli jwettqu reazzjoni wara li sofrew l-ewwel goal kmieni fil-partita.

Kienu Melita li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta Andre Penha da Costa għadda pass fit-tul fil-kaxxa, bil-goalkeeper ta’ Hamrun Henry Bonello ħareġ barra minn postu fit-tentattiv li jinterċetta l-ballun, iżda pront kien JESUS ANDRES YEPEZ MORLETS li xeħet fix-xibka.

Il-pressjoni kienet kollha fuq Hamrun u żewġ minuti wara freekick ta’ Raphael Lopes Silva għadda ftit barra. Fis-16-il minuta xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa tal-istess Lopes Silva ġie salvat minn Andrzej Aleksander Lubik .

Żewġ minuti wara Hamrun kellhom ferħa bla temma meta kellhom goal imħassar minħabba offside meta Ra­phael Lopes Silva qabeż taj­jeb lil Lubik u tefa’ l-ballun f’lasta vojta, iżda l-goal tiegħu ma ġiex konvalidat.

Fit-42 minuta, Melita resqu viċin meta Martinez xeħet  cross iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Simanca spiċċat għoli.

Fil-50 minuta, huma rebħu penalty meta Andres Sanchez twaqqa’ minn Mayron fil-kaxxa u mill-11-il metru ALAN BORG OLIVIER xeħet lil Henry Bonello fuq in-naħa opposta.

Hamrun wieġbu fit-62 minuta permezz ta’ xutt insidjuż mid-distanza ta’ Mayron li ġie salvat tajjeb minn Lubik.

Huma tefgħu kollox fuq l-attakk fit-tentattiv li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u jidħlu lura fil-partita u ħames minuti wara Elionay Freitas Da Silva ttanta xortih permezz ta’ xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa li ntemm ftit barra.

Il-partita kompliet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, b’Melita jkomplu jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom.

MELITA: 12-Andrzej Lubik, 3-Aldair Pena Simanca, 25-Gareth Barone, 5-Michael Cachia (10-Matthew Debattista 49), 6-Jean Pierre Attard, 9-Andre Carlos Penha Da Costa, 11-Alan Borg Olivier, 19-Jesus Andres Yepez Morlets (21-Nick Cutajar 79), 26-Kurt Bondin, 27-Andres Camilo Gonzales Sanchez (22-Collins Gyamfi 86), 77-Santiago Perlaza Martinez (23-Paul Galea Testaferrata 86)   – Coach: Clive Mizzi

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 10-Joseph Essien Mbong, 14-Elionay Freitas da Silva (6-Daniel Letherby 80), 20-Jovan Cadenovic, 28-Redon Mihana (29-Abdoul Kairou Amoustapha 46), 33-Mayron (5-Sven Xerri 80), 91-Emerson Marcelina, 92-Cesar Menacho, 94-Ryan Camenzuli, 97-Mihael Klepac (7-Luke Montebello 46), 99-Raphael Lopes Silva   – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Vladimir Rizoski

SKORERS: J. A. Yepez Morlets 13, A. Borg Olivier pen. 51 (M)

AMMONITI: E. Marcelina, R. Lopes Silva, J. E. Mbong, A. K. Amoustapha (H), J. A. Yepez Morlets (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport