Saturday, July 20, 2024

Membru Parlamentari Ġermaniż jgħid li se jwarrab minħabba r-razziżmu

Aqra wkoll

F’kull ġens jeżisti l-impuls fost il-membri tiegħu biex dak li ma jidhirx li hu “bħalhom”, iqisuhom bi stmerrija. Sadattant, l-aqwa razzisti ma joqogħdux lura milli jipproklamaw fehmiethom – kliemhom imfassla biex jiġbru madwarhom lil dawk li jħossuhom minsija jew maqrusa, lesti li jwaħħlu f’kull ħaddieħor għal xortihom ħażina.

Hekk ħass l-ewwel MP imwieled fl-Afrika u li kien ġie elett fil-Parlament Ġermaniż. Dan nafuh wara li żvela pubblikament li mhux se jkun qiegħed jikkontesta fl-elezzjoni federali tas-sena d-dieħla, bir-raġuni li rċieva diversi kummenti razzisti u saħansitra rċieva anke theddid li jekk isibuh kienu se joqtluh.

Huwa mifhum, li Karamba Diaby, ta’ 62 sena ħabbar dan ftit tal-ġimgħat wara li l-istaff li hu jaħdem magħhom kienu rċievew messaġġ ta’ theddid, b’uħud minnhom anke kienu indirizzati personalment. F’intervista, Diaby irrimarka li sa mill-2017, it-ton fil-parlament Ġermaniż sar aktar iebes u li wieħed seta’ jinnota li ċertu diskorsi kienu qed ikunu agressivi.

Fl-istess intervista enfasizza li jinsab ħerqan immens, għax peress li mhux se jkun ta’ spiss il-Parlament, se jkollu iktar ħin liberu mal-familja u mal-ħbieb.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport