Il-Membri Parlamentari Laburisti, ilbieraħ ivvota kontra riżoluzzjoni li kienet qed titlob li Malta tinvesti 0.25% tal-GDP tagħha f’armamenti tal-Gwerra biex jintbgħatu lill-Ukreni.
Ħabbar dan l-MEP Alex Agius Saliba fejn kiteb li “agħar minn hekk, l-istess reżoluzzjoni qed titlob li dawn l-armi Ewropej jintużaw b’mod dirett fuq “targets” fir-Russja. F’kelma oħra abbażi l-liġi internazzjonali dan ikun iffisser illi Malta u l-Ewropa jiddikjaraw gwerra diretta kontra pajjiż terz.”
Hu kompla jgħid li l-Membri Parlamentari Ewropew Nazzjonalisti David Casau Peter Agius ivvutaw favur dawn l-istess paragrafi u anka favur ir-reżoluzzjoni finali.
Agius Saliba jtemm jgħid li “din hi l-Ewropa ta’ difiża li jridu n-Nazzjonalisti għal Malta. Imbad jiktkażaw għax ma vvutajtx lil Metsola! Nippreferi nkun f’minoranza biex niddefendi n-newtralità ta’ pajjiżi milli popolari askapitu tal-paci u s-sigurtà ta’ Malta u Għawdex tagħna.”