Saturday, August 15, 2026
Home Internazzjonali Meta grupp radikali ipprotesta fl-Indja 

Meta grupp radikali ipprotesta fl-Indja 

0
6

Bħal-lum 15 ta’ Awwissu tas-sena 1973, il-grupp radikali Dalit Panthers Group organizza protesta li fiha ħadu sehem madwar 200 persuna. Id-Dalit kienu grupp ta’ persuni li kienu oppressati u mwarrba fis-sistema tal-Hindu. Il-protesta saret fit-toroq ta’ Mumbai.  Il-grupp kien għadu kif ifforma madwar sena qabel u hu ġġieled għad-drittijiet tad-Dalits u kien ispirat mill-Black Panther Party tal-Istati Uniti.

Id-dimostrazzjoni li ħabtet mas-26 anniversarju tal-indipendenza Indjana, ingħata l-isem ta’ “Kala Swatantrya Din”  li tfisser Jum l-Indipendenza l-Iswed. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here