Bħal-lum 15 ta’ Awwissu tas-sena 1970, il-fundatur ta’ Black Panther Party, Huey P Newton għamel diskors fi New York, fejn hu kkritika l-attitudnijiet ta’ gruppi tax-xellug lejn nisa u persuni LGBT. Hu kien sejjaħ għas-solidarjetà man-nia u ma’ movimenti li jiġġieldu għad-drittijiet tal-gays.
Newton kien ikkriitika bil-qawwi l-omofobija u s-sessiżmu f’movimenti rivoluzzjonarji u kien iddikjara li “l-omosesswali, jistgħu jkunu l-aktar persuni oppressati fis-soċjetà” u sejjaħ lil movimenti tax-xellug biex jieqfu jużaw lingwaġġ omofobiku.
Kien saħaq u enfasizza li “l-persuni gays mhumiex l-għadu tan-nies”.




