Tuesday, May 14, 2024

Meta kap ta’ skola “jkun agħar mit-tfal”

Aqra wkoll

Dalgħodu l-istudenti tal-iskola Primarja tar-Rabat Għawdex bdew il-ġurnata tagħhom b’żifna fil-bitħa tal-istess skola.

Ħaġa “normali” għal kap tal-Iskola Lelio Spiteri li jivvinta biex jara lit-tfal ferħanin. Fil-fatt hu jidher jiżfen f’nofs it-tfal u jqajjem l-allegrija. Persuni qrib sew l-iskola jgħidu li “meta Lelio jara t-tfal ferħanin isir agħar mit-tfal”.

Lelio Spiteri hu magħruf sew ta’ kif imexxi l-iskola, forsi mhux daqshekk stil tradizzjonali, iżda xorta waħda l-istudenti tiegħu jġibu l-aqwa riżultati.

Dalgħodu Spiteri ddeċieda li jibda l-ġurnata tal-iskola bid-diska YMCA fejn it-tfal flimkien mal-għalliema żifnu din il-kanzunetta.

Il-kap tal-iskola Primarja tar-Rabat fl-aħħar jiem ukoll tkellmu dwar l-eżamijiet li qegħdin isiru f’dawn il-ġranet.

Dakinhar hu kien sostna li “l-eżamijiet fil-primarja kif nafuhom aħna m’hemmx posthom.” Lelio Spiteri magħruf għal mod kif imexxi l-iskola tiegħu jemmen li fil-livell primarju assessjar kontinwu bis-sens u li jsir kif suppost huwa l-aħjar għodda biex jurina fejn ikun wasal l-istudent u liema oqsma jeħtieġ jaħdem aktar fuqhom.

Jgħid li l-istudenti qegħdin inbeżżgħuhom hekk kif qabel dawn l-eżamijiet ikunu qishom sejrin għall-ġudizzju universarli.

Semma kif meta kellna l-Covid, l-eżamijiet ma sarux u wliedna xorta mxew ‘il quddiem. “Iva possibli li minn din l-esperjenza qarsa ma tgħallimna xejn? Għeżież studenti, awguri. Agħmlu li tistgħu iżda tinsew qatt li intkom tiswew ħafna aktar minn marka ta’ eżami,” temm jgħid Spiteri.

Sport