Tuesday, July 28, 2026
Home Internazzjonali Meta l-armata  tal-Istati Uniti attakkat u qatlet veterani Amerikani tal-Ewwel Gwerra Dinija...

Meta l-armata  tal-Istati Uniti attakkat u qatlet veterani Amerikani tal-Ewwel Gwerra Dinija għax ipprotestaw

0
15

Bħal-lum 28 ta’ Lulju tas-sena 1932, il-Gvern tal-Istati Uniti bagħat l-armata  biex tattakka veterani tal-Ewwel Gwerra Dinjija u l-familji tagħhom. L-armata marret armata sa snienha bit-tankijiet u armamenti oħra. Inqatlu tlett veterani. 

Il-veterani kienu qegħdin jipprotestaw biex jingħataw bonuses li kienu imwiegħda. Il-bonus kienu marbutin ma’ żmien, imma minħabba li inqalgħet il-kriżi finanzjarja fis-snin tletin il-veterani talbu li dawn jitħallsu qabel. Xejn inqas minn 25,000 veterani tal-gwerra, kemm persuni suwed u kemm persuni bojod, iffurmaw dik li ssejħet il-‘Bonus Army’ u waqqfu kampijiet f’Washington.

Il-Maġġur Patton, li ħajtu kienet salvata proprju minn wieħed mill-veterani li kien qed jipprotesta, kien zal lis-suldati biex joqtlu lil veterani  ‘bħala tagħlima’. Il-Ġeneral MacArthur u Dwight Eisenhower kienu l-uffiċjal inkarigati minn din l-operazzjoni li wasslet biex inqatlu 2 veterani u tarbija ta’ 11-il ġimgħa, waqt li tifel ta’ 8 snin spiċċa tilef id-dawl. Eluf oħra ta’ veterani spiċċaw feriti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here