Illum mistennija x-xhieda ta’ Keith Schembri

Aqra wkoll

Hekk kif il-ġuri ta’ Yorgen Fenech li qiegħed ikun mixli bl-involviment tiegħu fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia daħal fl-24 jum tiegħu, illum mistennija x-xhieda ta’ Keith Schembri li tul dawn l-istess ġuri ssemma kważi minn kull xhud li tressqet il-Prosekuzzjoni.

Dalgħodu xehed l-espert tal-Qorti Martin Bajada dwar screenshot li kien ippreżentat minn Johann Cremona f’dan il-ġuri. 

L-espert Martin Bajada qal li dan ir-ritratt jidher li screenshot, fejn qal li fin-naħa ta’ fuq tal-iscreenshot m’hemmx data u ħin meta ntbagħat. Hemm biss il-kelma “Now” fil-biċċa t’isfel tal-iscreenshot. Jingħad li fl-iscreenshot hemm l-isem “Ruben Fonzu” u ritratt tal-Avukat Charles Mercieca, waqt li hemm l-inizjali “KS”.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport