Żewġ ħwienet jieħdu n-nar fi Pjazza San Ġorġ – suspett li n-nirien tqabbdu apposta

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ allegat ħruq intenzjonat li seħħ għall-ħabta tas-2:30 ta’ dalgħodu, meta persuna jew aktar allegatament taw in-nar lil ħanut li jinsab fi Pjazza San Ġorġ.

Sorsi qrib dan is-sit sostnew li, qabel ma twettaq l-att, allegatament ġew mgħottija l-kameras tas-sigurtà tal-ħanut.

Minħabba l-qawwa tan-nirien, in-nar infirex ukoll għal ħanut ieħor li jinsab biswitu.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet biex tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi tal-każ.

Ritratt: Carmel Saliba

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport