Saturday, December 21, 2024

MFA: Titħabbar il-lista tal-kandidati nominati għall-elezzjoni tal-15 ta’ Marzu

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-Assemblea Ġenerali elettiva skedata li ssir fil-15 ta’ Marzu 2024, b’dan qed jiġi nnotifikat li l-Kummissjoni Elettorali ltaqgħet biex tevalwa n-nomini riċevuti għall-karigi ta’ Uffiċjali tal-Assoċjazzjoni, kif previst fl-Artiklu 8 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni Elettorali.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tan-nomini kienet il-Ħadd 25 ta’ Frar 2024.

Il-kandidati nominati biex jimlew il-kariga ta’ president tal-Assoċjazzjoni għas-snin 2024-2028 huma dawn li ġejjin:

MICALLEF Robert

VASSALLO Bjorn

Il-kandidati nominati biex jimlew il-kariga ta’ viċi president tal-Assoċjazzjoni għas-snin 2024-2028 biex jimtlew minn kandidata mara huma dawn li ġejjin:

AZZOPARDI Maria

CHETCUTI Christabelle

FARRUGIA Dana

Il-kandidati nominati biex jimlew iż-żewġ (2) karigi li fadal ta’ viċi president tal-Assoċjazzjoni għas-snin 2024-2028 huma dawn li ġejjin:

AZZOPARDI Samuel

CASHA Adrian

FENECH Peter

MICELI Pierre

PARIS Mattew

Il-kandidati nisa li ma jiġux eletti għall-kariga ta’ Viċi President biex jimtlew minn kandidat mara, jiġu inklużi fil-votazzjoni mal-kandidati imsemmija hawn fuq għaż-żewġ karigi li jkun fadal ta’ viċi president.

Ekonomija

Sport