Thursday, July 23, 2026
Home Sport Mgarr United jagħmlu l-istorja … jirreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom fil-UEFA Women’s Champions...

Mgarr United jagħmlu l-istorja … jirreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom fil-UEFA Women’s Champions League

0
2
Ritratt: Mattify

Mgarr United għamlu l-istorja billi rreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom fil-UEFA Women’s Champions League, meta għelbu liċ-champions Estonjani, Flora, fis-semi-finali tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni.

Iċ-champions Maltin issa se jiffaċċjaw lit-tim ospitanti Spartak Myjava tas-Slovakkja fil-finali ta’ kwalifikazzjoni tas-Sibt. Ta’ nota huwa l-fatt li t-tim Slovakk elimina lil Swieqi United fl-istess stadju tal-kompetizzjoni s-sena l-oħra.

Il-logħba mmarkat id-debutt Ewropew ta’ Mġarr wara staġun memorabbli 2025/2026 fejn kisbu t-treble, billi rebħu l-Assikura Women’s League, l-Assikura Women’s Knockout u l-MFA Jubilee Cup.

Issa saru t-tielet tim Malti li rebaħ logħba f’din il-kompetizzjoni wara Birkirkara u Swieqi.

Il-goals għal Mgarr waslu minn hat-trick personali ta’ Carlyn Presley fil-51, id-59 u d-90 minuta, u dan proprju fid-debutt tagħa, u auto-goal tal-player ta’ Flora, Tullus, fis-70 minuta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here