Friday, September 4, 2026
Home Sport Mhux se jidħlu partitarji tat-team oppost fl-Old Firm Derbies f’dan l-istaġun

Mhux se jidħlu partitarji tat-team oppost fl-Old Firm Derbies f’dan l-istaġun

0
51

F’dan l-istaġun mhux se jkun hemm partitarji tal-viżitaturi fid-derbies bejn Celtic u Rangers fli Scottish Premiership jew f’xi kompetizzjoni oħra. 

Din id-deċiżjoni temporanja ntlaħqet wara taħditiet bejn iż-żewġ clubs ta’ Glasgow u l-SPFL, wara inċidenti serji fil-kwarti-finali tat-Tazza Skoċċiża l-istaġun li għadda f’Ibrox. 

Dak il-konfront kien immarkat minn diżordni fost il-partitarji u invażjonijiet fil-ground. 

Rangers kienu pproponew li Celtic jingħataw biss 300 biljett għall-partitarji tagħhom, iżda Celtic irrifjutaw. 

L-inċidenti seħħew wara li Celtic rebħu bil-penalties quddiem madwar 8,000 partitarju minn tagħhom. 

L-awtoritajiet qalu li ż-żewġ clubs se jkollhom jilagħbu l-logħbiet tagħhom li jmiss f’darhom fit-Tazza Skoċċiża mingħajr spettaturi. 

L-SPFL enfasizza li s-sigurtà u s-sikurezza tal-partitarji jibqgħu l-prijorità ewlenija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here