Saturday, December 14, 2024

“Mhux x’mar ħażin biss, iżda x’nistgħu nagħmlu biex il-PN jissaħħaħ”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Meta żar is-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar illum waranofsinhar, wara t-telfa li ġarrab il-PN fl-elezzjoni ġenerali, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal: “L-Istatut huwa ċar. Hemm ir-regoli li rridu nimxu magħhom u iva, noffri li nibqa’ ta’ servizz. Qatt ma semmejt li wara sena se nkun qed naħrab jekk l-affarijiet ma jmorrux tajjeb anzi, ir-responsabiltà tiegħi f’mumenti diffiċli ħriġt biex nagħmel xi ħaġa u f’mumenti diffiċli jiena nibqa’ hemmhekk biex nagħmel xi ħaġa.”

Żied jgħid: “Jekk hemm xi ħadd li jaħseb li jixtieq jaħdem ukoll miegħi huwa milqugħ. Dan huwa l-mument fejn aktar nies għandhom jiġu. Flok naraw biss x’mar ħażin, x’nista’ nagħmel jien u kulħadd biex mhux il-pajjiż biss, imma l-Partit Nazzjonalista jkun iktar b’saħħtu u jkollna demokrazija aktar b’saħħitha.”

Dwar il-ħidma tiegħu huwa qal li bla dubju se jkomplu bir-riġenerazzjoni u se jkompli jaħdem biex iressaq aktar nies lejn il-Partit. Sostna li dawk il-persuni li b’xi mod ma jiġux eletti, qal li jrid jibqa’ jinkludihom biex kemm hu u kulħadd jagħti l-aħjar ħidma għall-ġid tal-PN.

Ekonomija

Sport