L-attakkant ta’ West Ham Michail Antonio kien involut f’inċident tat-traffiku ikrah matul dan tmiem il-ġimgħa. Hu kien qed isuq fi triq pjuttost imbiegħda bil-Ferrari tiegħu meta għal xi raġuni jew oħra baqa’ dieħel ġo siġra.
Xi membri mit-tifi tan-nar, pulizija u ambulanza waslu fuq il-post imsejjaħ Theydon Bois f’Essex u immedjatament l-attakkant ta’ 34 sena ttieħed l-isptar.
Fi stqarrija, West Ham United qalu li l-plejers u d-diriġenti qed jitolbu sabiex dan il-plejer jaqleb għall-aħjar hekk kif sofra minn ġrieħi gravi.