Thursday, December 26, 2024

MIDJA INDIPENDENTI?!

Aqra wkoll

Ftit ilu kienet inqagħlet il-kontroversja mill-midja ‘indipendenti’ partikolari biex ineħħu l-midja tal-partiti politiċi minħabba li dawn m’għandhomx bilanċ.

Bħal ma kont ktibt, ma’ dan ma naqbilx.  Ir-raġuni kienet sempliċi.  Kulħadd għandu l-bias tiegħu u dak li jagħmel, ħafna drabi, jirrifletti dik ix-xaqliba li jkollu.  Fil-ġurnaliżmu din mhux dejjem toħroġ b’mod ċar.

Dan hu ta’ żvantaġġ għal kull min qed jaqra l-midja msejħa ‘indipendenti’ għaliex jassumi li min qed jikteb hu bilanċjat u m’għandux preġudizzji meta fil-fatt dawn ikunu moħbijin meta tal-partiti politiċi jkunu ċari u l-qarrej jaf ix-xaqliba li hemm u għalhekk ikun jista’ jikkalibra kemm għandu jieħu bis-serjetà dak li qed jaqra, jara jew jisma’.  

Biss din il-kontroversja għall-pubbliku llum spiċċat għaliex min kien qed imexxiha, llum spiċċa fil-quċċata ta’ partit politku.  Jekk dan ma jirrifletti xejn, jirrifletti x-xaqliba tal-ġurnal li kien imexxi u kemm verament għandna midja indipendenti.  

Ekonomija

Sport