Friday, April 26, 2024

Mijiet ta’ Ġermaniżi se jitkeċċew mir-Russja

Aqra wkoll

Mijiet ta’ Ġermaniżi li jaħdmu fl-edukazzjoni u fil-qasam tal-kultura fir-Russja se jkunu mkeċċija mill-pajjiż. Dan tħabbar mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż matul il-ġurnata tal-lum.

Il-midja Russa aktar kmieni din il-ġimgħa qalet li l-Gvern ta’ Putin iddeċieda li ma jħallix lil Ġermaniżi kollha fil-pajjiż u dawn se jibdew jitkeċċew mill-ewwel jum ta’ Ġunju.

Fost dawn hemm ammont kbir ta’ għalliema li jaħdmu fi skejjel fil-kapitali Moska kif ukoll ħaddiema li huma mpjegati mad-dipartiment tal-kultura.

Dan qed isir minħabba tensjoni diplomatika li hemm bħalissa bejn Moska u Berlin wara l-Ġermaniżi ddeċidew li jagħtu aktar għajnuna lil Gvern Ukren.

Ix-xahar li għadda kemm ir-Russa u anke l-Ġermanja keċċew 40 impjegat mill-ambaxxati rispettivi tagħhom.

Is-sitwazzjoni bejn ir-Russja u anke l-pajjiżi tal-Punent dejjem sejra għall-agħar minħabba l-gwerra fl-Ukranja. Diversi Gvernijiet Ewropew fl-aħħar ġimgħat wegħdu aktar armi lil Ukranja biex tkun tista’ tiġġieled l-invażżjoni Russa.

Sport