Saturday, December 21, 2024

Mil-lum jirritorna l-UEFA Nations League

Aqra wkoll

Mil-lum sa nhar it-Tlie­ta li ġej se jintlagħbu t-tielet u r-raba’ ġranet tal-UEFA Nations League. 

Filwaqt li r-rebbieħa ta’ kull grupp ta’ League A, jikkwalifikaw għas-semi-finali ta’ din il-kompetizzjoni, dawk li jtemmu fl-aħħar post jiġu relegati għal Lea­gue B li jiġu sostitwiti bir- rebbieħa ta’ kull grupp ta’ din il-kategorija. 

L-istess sistema tapplika għal League C u D.

Malta tinsabu f’League D, fil-grupp ta’ Moldova u Andorra. Fil-veritá hija diffiċli biex niġu promossi għal League C minħabba li rridu negħlbu lil Moldova b’diffe­renza ta’ tliet goals, liema partita se tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej, fl-Istadium Nazzjonali. 

Intant, il-kampjonati ta’ League A huma kollha bilanċjati u minkejja li l-Portugall (A), l-Italja (B) u d-Danimarka (D) jinsabu fil-quċċata, kollox jista’ jinbidel hekk kif iridu jintlagħbu konfronti diretti. 

Jidher li Grupp C se jkun missielet bejn il-Ġermanja u l-Olanda, meta dawn iridu jiltaqgħu fil-Ġermanja stess wara draw ta’ 2-2 fl-Olanda. 

Grupp B, huwa l-aktar wieħed miftuħ li jinkludi wkoll lil Franza u lill-Bel­ġju. Jekk illum dawn tal-aħ­ħar jegħlbu lill-Italja jitilgħu jaqsmu l-ewwel post mal-Azzurri hekk kif nhar it-Tnejn, jaffrontaw lil Franza.  

F’League 2, l-attenzjoni hija kollha diretta fuq l-Ingilterra hekk kif proprju llum tospita lill-Greċja. 

Iż-żewġ timijiet għandhom punti massimi iż­da l-Griegi għandhom diffe­ren­za tal-goals aħjar.

Għaldaqstant, xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriteriji tat-Three Lions. 

Ikun diżappunt kbir jekk l-Ingliżi ma jirnexxielhomx jikbsu l-promozzjoni. 

F’League 3, hemm sfida akkanita bejn l-Isvezja u r-Rumanija li jinsabu fi Grupp C u għandhom punti massimi.  

Jidher li ż-żewġ konfronti diretti li jmiss għandhom jiddeċiedu min minnhom se jilgħab f’League 2 fl-edizzjoni li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni. 

Ekonomija

Sport