Wednesday, June 26, 2024

Milan iħabbru t-tluq tal-coach Stefano Pioli

Aqra wkoll

Milan ħabbru uffiċjalment it-tluq imminenti tal-coach Stefano Pioli, 58 sena, wara li kien ilu ħames snin fil-kariga.

Huwa kien ingħaqad mar-Rossoneri f’Ottubru, 2019, wara żmien qasir u diżappuntanti taħt Marco Giampaolo, li tilef erba’ logħbiet mill-ewwel sebgħa mal-club.

Pioli għen lil Milan isibu xi ftit ta’ stabbiltá u fl-2021-22 wassalhom għar-rebħ tal-Iscudetto wara 10 snin waqt li ħa l-aħjar minn players bħal Rafael Leao, Theo Hernandez u Fikayo Tomori. Fl-istaġun 2022-23 huwa anke wassal lill-club sas-semi-finali taċ-Champions League.

Ekonomija

Sport