Sunday, September 8, 2024

Milan jixħtu l-interess fuq Lazar Samardzic

Aqra wkoll

AC Milan qed jaħsbu sabiex isaħħu nofs il-grawnd u l-għażla tal-kowċ Paulo Fonseca tidher li se tkun l-akkwist tal-midfielder Lazar Samardzic. Dan tal-aħħar jinsab reġistrat ma’ Udinese u jiswa madwar €20 miljun. Il-plejer mis-Serbja jixtieq ħafna li jingħaqad mar-Rossoneri u qed jistenna sinjali pożittivi mingħand l-aġent tiegħu.

Dan jista’ jkun possibbilment it-tieni akkwist ta’ AC Milan f’dan is-suq tat-trasferimenti wara li ħadu lill-attakkant Alvaro Morata.

Ekonomija

Sport