Id-difensur il-ġdid ta’ Paris St Germain Milan Skriniar tkellem għall-ewwel darba mal-mikrofonu tal-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni Franċiż fejn qal li ma kinitx xi ħaġa diffiċli sabiex li jaċċetta l-offerta li għamlulu d-diriġenti tal-klabb mill-belt kapitali Franċiża.
Skriniar, li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien għadu qed jilgħab ma’ Inter, sostna li ma kellux żmien daqshekk faċli minħabba li kellu injury li ħadet fit-tul iżda b’sodisfazzjon qal li lagħab il-logħbiet kollha tat-tim nazzjonali Slovakk f’Ġunju li għadda u jinsab ħerqan biex jibda l-avventura tiegħu b’Parc des Princes.