Mill-anqas żewġ persuni tilfu ħajjithom u madwar 20 oħra għadhom ma nstabux wara maltempata fix-xlokk ta’ Franza.
Il-maltempata Alex, permezz ta’ riħ qawwi u xita qliel kkawżat għargħar b’għadd ta’ villaġġi li jinsabu viċin Nice saritilhom ħsara kbira bis-Sindku tal-post jgħid li din kienet l-agħar maltempata kemm ilu ħaj hu.
Il-maltempata laqtet ukoll lil Italja fejn għadd ta’ toroq u pontijiet ġarrbu ħsarat estensivi kawża tal-ilmijiet kbar.