Friday, April 19, 2024

Raġel mixli li attakka, hedded u rreżista l-arrest tal-pulizija waqt li kien fi stat ta’ sakra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu l-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, raġel ta’ 31 sena, residenti l-Fontana, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella.

Huwa ġie akkużat li nhar it-3 t’Ottubru, 2020, għall-ħabta tas-6:30 p.m, fi Pjazza San Franġisk u fi Triq Enrico Mizzi, fir-Rabat, Għawdex, attakka, hedded u rreżista l-arrest tal-pulizija waqt li kien fi stat ta’ sakra. Huwa kien akkużat ukoll li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija. Ir-raġel kien akkużat li rrenda ruħu reċidiv.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Sport