Saturday, December 21, 2024

Mill-Belt Eterna lura għal qalb Ħamruniża

Aqra wkoll

Beda l-vjaġġ li ser jara l-vara devota ta’ San Gejatnu lura fil-qalb Ħamruniża wara xahar fil-Belt Eterna tal-Vatikan.

Kmieni lbieraħ filgħodu, il-Grupp tar-Reffiegħa ta’ San Gejtanu tal-Ħamrun, tela’ Ruma u bdiet il-ħidma biex tinġieb lura l-istatwa għażiża ta’ San Gejtanu. Din l-istatwa li turi d-dehra mistika tal-lejla meta San Gejtanu irċieva lil Ġesu Bambin minn idejn il-Madonna, ittieħdet Ruma fil-bidu ta’ Settembru għall-okkażjoni tal-500 sena mill-waqfa tal-ordin tal-kleriċi Teatini li kien waqqaf fl-1524.

F’Ruma din l-istatwa kienet esebita fil-Bażilika Minuri ta’ Sant Andrea Della Valle fejn matul il-programm ta xahar li kien qed ifakkar dan il-ħames ċentinarju, raw iżuru din l-istess knisja eluf ta’ turisti.

Mument storiku li bla dubju li ser jibqa’ mnaqqax fil-qalb Ħamruniża li telgħu jgħixu dan il-mument u fl-istorja ta’ pajjiżna, hu meta l-Papa Franġisku fil-bażilika maġġuri ta’ San Pietru fil-Vatikan, waqaf quddiem din ix-xbieha għal mument ta’ talb u wara bierek din l-istess vara qabel ħarġet f’pellegrinaġġ minn l-istess Bażilika.

San Gejtanu telaq minn Ruma ilbiraħ filgħaxija u mistenni jasal lura Malta nhar il-Ħamis 3 ta’ Ottubru. Il-programm ta’ ċellebrazzjonijiet ta’ dan iċ-ċentinarju ser ikun qed jiġi fi tmiemu nhar il-Ħadd 6 ta’ Ottubru fejn ser ikun qed jara din il-vara toħroġ għall-ewwel darba mill-knisja ta’ San Franġisk fil-Ħamrun, f’pellegrinaġġ ta’ radd ta’ ħajr ferm mistenni mill-Ħamrunizi li jara din ix-xbieha lura fid-dar maħbuba tiegħu fil-knisija Arċipretali u Arċimatriċi ta’ San Gejtanu.

Ekonomija

Sport