Friday, November 22, 2024

“Min ikun indifferenti lejn il-foqra, ikun qed joffendi lil Alla” – Il-Papa Franġisku

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bosta Kattoliċi madwar id-dinja nġabru biex jiċċelebraw quddiesa ta’ Lejlet il-Milied, inkluż fil-Belt tal-Vatikan fejn il-Papa Franġisku appella lin-nies biex japprezzaw ‘l-affarijiet iż-żgħar tal-ħajja’ u juru solidarjetà mal-foqra.

Fil-messaġġ tiegħu huwa qal li l-Milied imur lil hinn mid-dawl dekorattiv u t-tiżjin u sostna li dawk il-persuni li juru indifferenza lejn il-foqra, ikunu qed joffendu lil Alla.

Huwa stmat li mal-2,000 ruħ attendew għall-quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru, li huwa ferm aktar mill-200 li kienu permessi s-sena l-oħra meta l-Italja kienet f’lockdown. 

Fl-omelija tiegħu, il-Papa Franġisku ħeġġeġ lin-nies biex jiffokaw fuq il-figura ta’ Ġesù, u jiftakru li huwa twieled fil-faqar, mingħajr lanqas presepju xieraq.

M’hemm l-ebda curfew fis-seħħ din is-sena, iżda l-każijiet din il-ġimgħa żdiedu ferm aktar mil-livelli tal-2020.

Għat-tieni jum konsekuttiv, nhar il-Ġimgħa l-Italja stabbilixxiet rekord b’50,599 każ ġdid filwaqt li 141 persuna oħra mietu, u b’hekk in-numru tal-imwiet uffiċjali tal-Italja kien ta’ 136,386.

Sport