Wednesday, October 9, 2024

“Min irid iwaqqaf il-ħajja umana li bdiet mhuwiex progressiv imma rigressiv”

Aqra wkoll

Jgħid dan l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi qal li tkun progressiv ifisser li trid il-progress, li wieħed jimxi ‘l quddiem fil-ħajja. Huwa qal li min huwa progressiv irid li fejn hemm ftit ċelloli tal-ħajja umana jassigura li dawn jagħmlu progress. Għall-kuntrarju, huwa qal li min irid iwaqqaf il-ħajja umana li bdiet mhuwiex progressiv imma rigressiv. L-isqof Awżiljarju qal ukoll li jekk hemm ħajja umana li bdiet, tkun liberatli jekk tħalliha tgħix mhux jekk twaqqafha, jekk teliminaha.

Huwa qal dan fl-omelija waqt Quddiesa b’tifkira tal-vittmi tal-abort fid-dinja, li saret ilbieraħ fil-Kappella tal-Lunzjata limiti tar-Rabat.

L-Isqof qal li l-Insara jibku ma’ min ħa deċiżjoni li jtemm ħajja umana, hi x’inhi r-raġuni. Talab għal dawk l‑ommijiet li jinsabu f’diffikultà, biex isibu l‑għajnuna u l‑appoġġ li jeħtieġu għall‑protezzjoni tal‑ħajja u qatt ma jispiċċaw vittmi ta’ sistemi abbużivi. Talab ukoll għal pajjiżna biex qatt ma jċedi għall-pressjoni kontra l-ħajja imma jkun pajjiż li jilqa’ u japprezza kull ħajja umana, joħloq għarfien dwar il-valur tal-ħajja u jkollu liġijiet li jipprotegu l-ħajja.

Sport