Wednesday, April 24, 2024

Minkejja l-periklu tar-radjazzjoni mijiet ta’ eluf ta’ turisti jżuru l-impjant nukleari ta’ Chernobyl

Aqra wkoll

Il-jum tas-26 ta’ April tal-1986, proprju 34 sena ilu, kien wieħed iswed għall-belt ta’ Pripyat fl-Ukraina. Dan minħabba l-isplużjoni radjali u nukleari fl-impjant ta’ Chernobyl. Il-ħajja ta’ kull individwu fil-belt, kif ukoll f’ibliet oħra fil-viċinanzi, illum il-ġurnata tinsab baħħ u deżert u l-effett tar-radjazzjoni għadu jinħass sal-lum. Fil-fatt minkejja li fl-isplużjoni mietu 31 persuna, matul is-snin mietu aktar nies. Huwa stmat li matul is-snin mietu mal-4,500 persuna, bl-isplużjoni teqred kwalunkwe ħajja agrikola li setgħet teżisti.

Numru ta’ esperti jgħidu li r-radjazzjoni għadha trażmessa sal-lum. Minkejja dan il-periklu, matul is-snin mijiet ta’ eluf ta’ turisti ddeċiedew li f’xi punt f’ħajjithom iżuru dan l-impjant biex jaraw b’għajnhom kif tħalla appena seħħet l-isplużjoni. Dan l-impjant qiegħed iservi ta’ attrazzjoni turistika li joffri ritratt unika tal-ġraja qattiela ta’ Chernobyl.

Sport