Saturday, May 4, 2024

Minn għada l-Kurja tal-Arċisqof terġa’ tiftaħ għall-pubbliku

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-uffiċċju ċentrali tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunali Ekkleżjastiċi fil-Belt Valletta, se jerġgħu jiftħu għall-pubbliku.

Bħala miżura ta’ prekawzjoni li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku u tal-impjegati, kull min għandu bżonn iżur dawn l-uffiċċji għandu jagħmel dan permezz ta’ appuntament, kif ukoll jilbes maskra/visor fil-ħin li jkun fil-bini.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ iċempel fuq 25906238 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9:00 a.m. u l-4:00 p.m., jew jibgħat email fuq [email protected].

Sport