Monday, April 22, 2024

Servizz biex qraba jieħdu xi oġġetti għar-residenti f’San Vinċenz de Paul

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li ġimgħa ilu ġew introdotti l-visti u landament għaddej tajjeb ser jiżdiedu xi servizzi.

Viżitaturi u familjari jistgħu jieħdu xi oġġetti bħal ħwejjeg jew ikel. Importanti li l-ikel li se jieħdu ma jkollux bżonn jinżamm f’xi temperatura partikolari għaliex dawn se jitpoġġew tlett ijiem kwarantina.

Dan jista’ jsir waqt il-ħin tal-visti li huma mit-Tnejn sal-Ħadd bejn id-9:30 a.m u l-11:00 a.m u bejn is-2:30 p.m u l-4:00 p.m. L-oġġetti jistgħu jitħallew fl-entratura prinċipali ta’ San Vinċenż.

Importanti li kull oġġett jkun indikat ċar bl-isem tar-resident kif ukoll is-sala. M’huwiex rrakomandat li ġġibu oġġetti ta’ valur. Min ma’ jkollux vista jista’ xorta waħda jġib l-affarijiet f’ dawn il-ħinijiet.

Is–servizz se jibda minn għada il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju.

Sport