Friday, May 3, 2024

Minn għada se jibdew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet f’Shanghai

Aqra wkoll

L-awtoritajiet ta’ Shanghai ġewwa ċ-Ċina ħabbru li wħud mir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 li hemm imposti fuq in-negozji se jkunu qed jitneħħew għada l-Erbgħa. Apparti hekk, l-awtoritajiet daħħlu fis-seħħ pjanijiet biex jappoġġjaw l-ekonomija ta’ din il-belt li ntlaqtet b’mod qawwi ħafna mir-restrizzjonijiet tal-Covid-19. Iċ-ċentru kummerċjali ta’ din il-belt ilu taħt lockdown strett għal dawn l-aħħar xahrejn. 

Id-deċiżjoni tal-awtoritajiet ta’ Shanghai saret hekk kif statistika li kienet ippubblikata nhar il-Ħadd li għadda kienet turi li fl-aħħar 24 siegħa l-każi ta’ infezzjonijiet niżlu għal 122 minn 170. 

B’hekk, issa li l-każi qed jonqsu, l-awtoritajiet qalu li restrizzjonijiet “żejda” li hemm imposti fuq il-kumpaniji u postijiet tax-xogħol jistgħu jitneħħew biex b’hekk kollox jibda bil-mod jerġa’ lura għan-normal. 

Intant, fil-kapitali Beijing, partijiet mis-sistema tat-trasport pubbliku kif ukoll ċentri kbar ta’ xiri reġgħu nfetħu hekk kif in-numri ta’ każijiet jidher li qed jonqsu. 

Iċ-Ċina qiegħda ssegwi politika ta’ żero-Covid, politika li r-riżultati qed juru li mhix tħalli r-riżultati mixtieqa. 

Sport