Tuesday, December 24, 2024

“Minn tfulitu kellu tbissima li baqa’ jġorr miegħu kuljum”

Jingħata l-aħħar tislima l-Avukat Karl Muscat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat spiċċat ippakjata bil-folla ta’ nies li aktar kmieni nġabret biex tagħti l-aħħar tisilima lil Karl Muscat

Fid-deskrizzjoni tiegħu ta’ Muscat, iċ-Ċelebrant qal li sa minn ċkunitu Karl kien dejjem jitbissem. Fakkar dwar kemm kellu għal qalbu l-iskrivanija fejn kien jaħdem missieru Pierre u kif matul ħajtu għażel li jsegwi l-passi tiegħu. Fil-ħidma tiegħu fil-Kunsill Lokali Rabti, huwa jibqa’ deskritt għall-ħidma favur l-aħjar interessi tal-komunità mingħajr distinzjoni bejn l-ilwien tal-partiti li jappartjenu. Tkellem ukoll dwar l-imħabba ta’ Karl lejn il-qtates u li sfortunatament fil-post tiegħu se jkun hemm erbgħa li se jibqgħu jistennew l-imħabba tiegħu.

Il-pulizija kienet infurmata dwar raġel li nstab bla ħajja fi Triq is-Sirk fis-Swieqi fit-3 ta’ Ġunju għall-ħabta tas-12:45 p.m. Aktar tard ġie identifikat bħala l-Avukat Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, Dr Karl Muscat ta’ 43 sena.

Mill-awtopsja rriżulta li l-katavru ma kellux sinjali ta’ vjolenza fuqu jew sinjali li seta’ ddefenda lilu nnifsu minn xi aggressjoni. Jirriżulta li l-vittma miet kawża ta’ cardio respiratory failure.

Ekonomija

Sport