Wednesday, October 28, 2026
Home Internazzjonali Miraklu ta’ Papa Wojtyla

Miraklu ta’ Papa Wojtyla

0
52

Dan ir-rakkont smajtu mingħand l-Arċisqof Emeritus ta’ Salerno u seħħ ftit ġimgħat wara li kien beda l-proċess ta’ beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu “Il-Kbir”.

Koppja minn Salerno sabet ruħha fi problemi meta r-raġel kien ġie dijanjostikat b’tumur f’wieħed mil-pulmuni tiegħu. Kien baqalu ftit xhur ta’ ħajja.

Il-mara tiegħu ma qatgħetx qalbha. Kienet devota ta’ Papa Wojtyla li kienu ghaddew xhur biss minn mewtu.

Bdiet novena mal-Papa Pollakk fejn bdiet titolbu jinterċedi ma Alla sabiex ifejjaq lir-raġel tagħha.

Kienu għaddew ftit jiem minn-novena meta f’lejl minnhom din il-mara rat lil-Papa fil-ħolm li bi tbissima qalilha sabiex ma taqtax qalbha għax ir-raġel tagħha kien fieq.

Filgħodu mas-sebħ ir-raġel qam mis-sodda u ħassu aħjar. Aktar tard mar għand it-tobba sabiex jagħmlulu xi eżamijiet mediċi. Dawn sabuh ħafna aħjar mill-aħħar eżami li kienu għamlulu.

Stednuh jerġa’ jżurhom ftit jiem wara. Reġgħu ezaminawh u din id-darba t-tumur kien sparixxa b’mod totali. Dan ir-raġel kien fieq.

Ix-xjenza kienet baxxiet rasha quddiem id-divinita.

Stejjer li jħalluk bla kliem.

– Ambuaxxatur Frank Zammit

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here