Minn għada s-Sibt se jitwaqqaf l-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi li fihom instab il-varjant il-ġdid tal-Covid-19.
Dan tħabbar aktar kmieni mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Il-Ministru Fearne żied jgħid li min-nofsillejl tas-Sibt se jieqaf l-ivvjaġġar lejn dawn il-pajjiżi li jinkludu l-Afrika t’Isfel, in-Namibia, il-Lesotho, il-Botswana, l-Eswatini u ż-Żimbabwe.
Il-varjant B.1.1.529 qed ikun deskritt bħala wieħed ta’ tħassib, minħabba li huwa differenti mill-varjanti l-oħra u hemm ċans li t-tilqima ma taħdimx fuqu.