Sentejn minn mument traġiku li biddillu ħajtu, missier iddisprat jgħid li għadu ma jistax jinsa l-mument meta martu qatlet lit-tliet uliedhom u li għadu jiftakar proprju fl-aħħar kliem li nissel ibnu.
Andrew McGinley wiegħed li qatt mhu se jħalli lill-mara Deirdre Morley lura d-dar tiegħu meta toħroġ mill-isptar li jinsab ġewwa l-Irlanda.
Dan wara li l-infermiera ta’ 44 sena qatlet lil uliedhom Conor ta’ disa’ snin, Darragh ta’ seba’ snin u Carla li kellha biss tliet snin billi fgathom lura f’Jannar tal-2020.
Fil-qorti instema kif hekk kif Morley poġġiet borża fuq ras iċ-ċkejken Conor, huwa talabha u qal: “Ieqaf mamà, x’qed tagħmel?”
Il-missier jemmen li m’hemm “l-ebda futur” għalih u għal martu u qal kif l-aħħar kliem ta’ Conor għadhom jidwu f’moħħu.
Morley ma nstabitx ħatja ta’ qtil minħabba li kienet fi stat ta’ ġenn u ttieħdet ġewwa Sptar għall-persuni bi problem ta’ saħħa mentali.
Huwa mifhum li jistgħu jgħidulha toħroġ minn hemm wara ħames snin biss jekk it-tobba jikkonfermaw li tinsab mentalment tajba.
Il-missier qal li jħoss li dan kollu bħal donnu seħħ sitt xhur ilu u mhux sentejn u li għalih iż-żmien qisu waqaf.
Huwa qal li spiss iżur il-qabar ta’ wliedu minkejja li jsibha diffiċli ħafna.