Friday, April 19, 2024

Mistennija passi kontra John Dalli

Aqra wkoll

L-eks Kummissarju Ewropew u eks Ministru Nazzjonalista John Dalli mistenni jaffaċċja akkużi dwar allegazzjonijiet ta’ tixħim li dwarhom kien irriżenja mill-Kummissjoni Ewropea fl-2012. 

Rapporti qalu li Dalli mistenni jitressaq il-Qorti b’ċitazzjoni nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Settembru quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. 

L-akkużi huma marbuta ma’ allegata talba minn eks kollaboratur tiegħu biex tinbidel liġi Ewropea dwar l-isnus, forma ta’ tabakk li ma jitpejjipx.

John Dalli kien irriżenja f’Ottubru 2012 proprju minħabba l-każ li qam b’rabta ma’ direttiva li tirregola dan il-prodott.

L-ewwel investigazzjonijiet kienu saru mill-Aġenzija Ewropea ta’ Kontra l-Frodi, l-OLAF. B’rabta mal-istess każ diġà tressaq il-Qorti Silvio Zammit, u kien wieġeb mhux ħati.

Min-naħa l-oħra, b’reazzjoni għall-akkużi, Dalli ddeskriva l-każ kontra tiegħu bħala “frodi oħra.” 

Sport