Wednesday, April 24, 2024

Mit-Tnejn jibda t-tilqim tal-booster mingħajr appuntament

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kompla jappella dwar l-importanza tal-booster.

Fearne qal li sabiex il-programm ta’ vaċċinazzjoni tal-booster għall-adulti jibqa’ għaddej b’ rittmu mexxej, mit-Tnejn li ġej iċ-ċentri ta’ vaċċinazzjoni tal-MCAST f’ Paola, tal-AFM barracks f’Ħal-Luqa, tal-berġa ta’ tas-Sliema, tal-Mellieħa, tan-Naxxar, ta’ Santa Venera, ta’ Kerċem Għawdex u kif ukoll iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid se jkunu miftuħin mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-9:00 a.m u 4:00 p.m għal persuni li jixtiequ jieħdu l-vaċċin mingħajr appuntament. Dan filwaqt li se jkunu organizzati sessjonijiet ta’ mobile clinics, li l-iskeda tagħhom se tkun reklamata fuq il-mezzi soċjali.

Is-sit vaccin.gov.mt jista’ jibqa’ jintuża minn persuni li jixtiequ jagħmlu appuntament għat-tilqima fiċ-ċentru ta’ tilqim tal-Università ta’ Malta, li se jilqa’ wkoll persuni li jixtiequ jirċievu l-ewwel jew it-tieni doża tal-vaċċin.

Sport