Il-Ħadd li għadda saret it-tielet edizzjoni tal-Mixegħla tal-Qaddisin fejn il-knejjes parrokkjali kollha ta’ kull lokalità fil-gżira t’Għawdex onoraw lill-qaddis padrun tagħhom permezz ta’ disinji mill-isbaħ ta’ xemgħat ikkuluriti fuq iz-zuntier tal-Knisja tagħhom.

Din il-mixegħla tal-qaddisin issa saret attività annwali madwar Għawdex kollu, attività ta’ arti spiritwali tad-dwal ipetpet tax-xemgħat, avveniment uniku bis-sbuħija ta’ disinni artistiċi reliġjużi f’Jum il-Qaddisin Kollha. Kull parroċċa jkollha interpretazzjoni unika dwar il-qaddis patrun tagħha.

Din l-attività tkun organizzata mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ippjanar b’koperazzjoni mad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Ritratti: JOE GRECH