Wednesday, April 24, 2024

Mixgħela tal-Paċi tinxtegħel għall-ewwel darba fuq l-Għolja ta’ Għar Ilma

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Paċi, li kull sena jiġi ċċelebrat fil-21 ta’ Settembru, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri xegħel il-“Mixgħela ta’ Paċi”.

Din l-installazzjoni bid-dawl forma ta’ ħamiema saret għall-ewwel darba fuq l-Għolja ta’ Għar Ilma li tinsab fl-irħajjel ta’ Santa Luċija. Dan ir-raħal qiegħed fil-limiti tal-lokalità Ta’ Kerċem, bil-“Mixgħela ta’ Paċi” ssir mill-Kumitat tan-Nar u Armar ta’ Santa Luċija bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.

It-tema ta’ din is-sena hi “shaping peace together” fejn infakkru l-importanza li nibqgħu nxerrdu t-tama u nuru ġenerożità mal-oħrajn speċjalment waqt il-pandemija tal-COVID-19.

Din il-ħamiema, li hi simbolu ta’ paċi, hija viżibbli minn bosta lokalitajiet f’Għawdex u tista’ titgwada mill-pubbliku sal-Ħadd, 4 t’Ottubru, 2020.

Sport