Thursday, April 25, 2024

Mixli b’abbuż sesswali fuq żewġ tfajliet fil-Marsa

Aqra wkoll

Somalu ta’ 18-il sena mingħajr residenza fissa f’pajjiżna nżamm arrestat wara li ġie mixli b’abbuż sesswali fuq żewġ tfajliet.

Abdi Abdul Fatah ġie mixli li wettaq dawn ir-reati nhar is-17 ta’ Novembru li għadda, f’xi ħin bejn l-10.00 a.m. u l-11.30 a.m. fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu. Waħda mill-allegati vittmi hi tfajla Maltija ta’ 16-il sena.

F’dan l-istadju ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, u għaldaqstant baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Stacy Attard filwaqt li għall-imputat deher l-Avukat tal-għajnuna legali Ramon Bonett Sladden.

Sport