Niġerjan ta’ 41 sena tressaq il-Qorti, mixli li ikkaġuna biża u hedded lill-eks sieħba tiegħu, hekk kif dan issusspetta li kellha marda u xerrditha miegħu.
Fil-Qorti, ingħad li l-każ seħħ il-ġimgħa li għaddiet u li l-vitma marret tagħmel rapport lill-Pulizija, fejn spjegat li l-akkużat, Abel Okoh bagħtilha messaġġi ta’ theddid li jekk se jsibha, kien se joqtolha.
Il-Prosekuzzjoni spejgat li l-akkużat stess li mar jiddentifika ruħu mal-pulizija u li fl-istess ġurnata li mar jidentifika ruħu, allegatament bagħtilha aktar messaġġi ta’ theddid permezz tal-mowbajl.
Id-Difiża ma għamlet ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u l-Prosekuzzjoni talbet għal divjett fuq isem il-vittma, bil-Qorti taċċetta t-talba.