Sunday, November 24, 2024

Mixli li pprova jistupra Ċiniża f’ħanut tal-massaġġi f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena residenti San Ġiljan inżamm arrestat wara li ġie mixli li pprova jistupra Ċiniża f’ħanut tal-massaġġi f’Birkirkara. 

L-allegat każ seħħ nhar is-6 ta’ Settembru li għadda, f’xi ħin bejn l-4.00 p.m. u s-7.00 p.m.. 

L-Ispettur Joseph Busuttil spjega fil-Qorti kif ir-raġel kien l-ewwel mar f’ħanut tal-massaġġi f’Tal-Pietà fejn talab lill-mara li kienet fil-ħanut biex tagħmel atti sesswali fuqu imma din irrifjutat u keċċietu ‘l barra. 

Minn hemm huwa mar fil-ħanut tal-massaġġi f’Birkirkara fejn reġa’ talab ati sesswali imma din id-darba meta l-mara fil-ħanut qaltlu le żammha kontra l-volontà tagħha u allegatament ipprova jistupraha.

Fil-Qorti, l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu, bid-Difiża tinforma lill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li f’dan l-istadju ma kinitx se titlob għal-libertà proviżorja, iżda talbet li jitpoġġa taħt ordni ta’ trattament.

Il-Prosekuzzjoni qablet u l-Maġistrat ordnat li huwa jiġi eżaminat minn psikjatra sakemm ikun il-ħabs.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet ukoll mill-Avukat Cynthia Tommassuolo mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Andrew Agius Bonello. 

Sport