Tuesday, April 23, 2024

Mixlija li daħħlet f’pajjiżna 15-il kilo kannabis

Aqra wkoll

Mara ta’ 28 sena mill-Arġentina nżammet taħt arrest preventiv wara li ġiex mixlija li importat f’pajjiżna 15-il kilogramma kannabis.  

Hija kienet arrestata t-Tnejn waranofsinhar fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mill-uffiċjali tad-Dwana, mal-wasla tagħha min Spanja. Id-droga allegatament kienet imgweżra fil-bagalja mal-ħwejjeġ. 

Melisa Daiana Oyala ġiet mixlija b’assoċjazzjoni u importazzjoni tad-droga, liema droga nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħha. Hija nżammet arrestata wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tagħha.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Justine Grech filwaqt li għal Oyala deher l-Avukat Matthew Xuereb. 

Sport