Friday, December 13, 2024

MMF: Se tiġi organizzata l-Laqgħa Ġenerali Annwali

Aqra wkoll

Il-Malta Motorsport Federation ħabbret li nhar it-Tnejn, 25 ta’ Novembru, se tkun qed torganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha. Il-laqgħa ser tittella fl-Old Motors Club Malta Clubhouse fil-Mosta fis-19:30.

L-aktar aġenda importanti għal din il-laqgħa hija l-Elezzjonijiet għall-karigi ta’ Viċi President u Segretarju Ġenerali. William England huwa Viċi President, nominat għal darb’oħra u mhux ikkontestat. Jonathan Bruno huwa s-Segretarju Ġenerali attwali, li għal darb’oħra huwa nominat u huwa kkontestat minn Patrick Gauci. Gauci bħalissa huwa s-segretarju ġenerali tal-Island Karting Club.

Din l-AGM hija importanti wkoll minħabba l-ħidma li qed tagħmel l-amministrazzjoni preżenti dwar il-Motorsport Hub f’Ħal Far, jiġifieri l-upgrading tal-Malta Drag Racin Track u l-Karting Track, kif ukoll xogħol relatat maċ-ċirkwit il-ġdid.

L-amministrazzjoni attwali tal-Malta Motorsport Federation hija komposta minn Duncan Micallef bħala President, William England bħala Viċi President, Jonathan Bruno bħala Segretarju Ġenerali, Oliver Attard bħala Viċi Segretarju u Ruben Galea bħala Teżorier.

Ekonomija

Sport