Wednesday, October 9, 2024

Mohamed Salah lura f’Liverpool biex jingħata l-kura wara injury fil-hamstring

Aqra wkoll

Mohamed Salah se jirritorna Liverpool għall-kura wara li sofra injury fit-Tazza tal-Afrika tan-Nazzjonijiet, iżda l-Eġittu jittamaw li jista’ jirritorna għas-semi-finali jekk jibqgħu javvanzaw.

Salah weġġa’ fid-draw ta’ 2-2 tal-Eġittu kobtra Ghana nhar il-Ħamis fi Grupp B.

L-Eġittu jiltaqgħu kontra Cape Verde nhar it-Tnejn u b’rebħa jgħaddu mal-Aħħar 16.

L-FA Eġizzjana kienet inizjalment qalet nhar il-Ġimgħa li l-attakkant ta’ Liverpool Salah jerġa’ jidher biss fit-tournament jekk in-nazzjon tiegħu jgħaddi għall-kwarti-finali fit-2 jew fit-3 ta’ Frar.

Mistoqsi jekk il-player ta’ 31 sena hux se jmur lura lejn l-AFCON jekk pajjiżu javvanza, Klopp żied jgħid: “Ngħid jekk l-Eġittu jikkwalifikaW għall-finali, jekk ikun tajjeb qabel il-finali, allura probabbilment iva.”

Klopp kien issuġġerixxa nhar il-Ġimgħa li l-problema tal-hamstring ta’ Salah x’aktarx tkun gravi, peress li l-attakkant kien tilef biss 10 logħbiet tal-kampjonat għar-Reds f’aktar minn sitt staġuni.

Sport