Juventus huma lesti li jċedu lill-attakkant internazzjonali Taljan Moise Kean lil Fiorentina sabiex ikunu jistgħu jaslu għal Kephren Thuram. Dan il-plejer hu l-objettiv ewlieni tal-kowċ il-ġdid Thiago Motta li jixtiequ ferm speċjalmetn f’nofs il-grawnd.
Min-naħa tiegħu, Kean hu lest li jmur mal-Viola minħabba li jaf li mal-BIanconeri m’għandux ċans jilgħab b’mod regolari. Hu saħansitra rrifjuta offerti mill-Arabja Sawdija u l-Ligue 1 Franċiża għax xtaq jibqa’ f’pajjiżu.