Saturday, February 1, 2025

Morata uffiċjalment plejer ta’ Galatasaray

Aqra wkoll

Galatasaray tat-Turkija ħabbru li akkwistaw is-servizzi tal-attakkant internazzjonali Spanjol Alvaro Morata. Dan l-eks plejer ta’ Atletico Madrid, Chelsea u Juventus beda l-istaġun ma’ AC Milan iżda ftit ħalla impatt kemm taħt il-kowċ Paulo Fonseca u wisq anqas taħt Sergio Conceicao.

F’messaġġ li ħalla fuq il-profil soċjali tiegħu fuq Facebook, Morata qal li jinsab kuntent li se jingħata t-tieni opportunita’ u se jagħmel minn kollox biex irebbaħ il-kampjonat lil dan it-tim.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport