Tuesday, October 20, 2026
Home Sport Morgan Gibbs-White mmultat £1,000 talli injora ittri tal-pulizija

Morgan Gibbs-White mmultat £1,000 talli injora ittri tal-pulizija

0
49

Il-midfielder ta’ Nottingham Forest, Morgan Gibbs-White, ġie kkundannat talli naqas milli jwieġeb żewġ ittri tal-pulizija wara li l-karozza tiegħu għaddiet minn dawl aħmar f’Nottinghamshire, f’Jannar li għadda.

Il-player ta’ 26 sena ġie mmultat £660, ingħata sitt punti ta’ penalità fuq il-liċenzja tas-sewqan u ġie ordnat iħallas £384 oħra fi spejjeż u soprataxxa.

Din mhijiex l-ewwel darba li Gibbs-White kellu problemi fit-triq. F’Mejju tal-2025, huwa ġie pprojbit milli jsuq għal sitt xhur wara li ammetta li qabeż il-limitu tal-veloċità f’sitt okkażjonijiet f’perjodu ta’ xahrejn. F’każ minnhom, kien qed isuq b’96 mil fis-siegħa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here