Tuesday, October 20, 2026
Home Sport Harry Kane għad irid jilħaq ir-rekord ta’ Jimmy Greaves bħala l-aqwa skorer

Harry Kane għad irid jilħaq ir-rekord ta’ Jimmy Greaves bħala l-aqwa skorer

0
51

Harry Kane kompla jsaħħaħ postu fost l-aqwa skorers Ingliżi, hekk kif laħaq 315-il goal fl-ewwel diviżjonijiet tal-ħames kampjonati ewlenin Ewropej ma’ Tottenham Hotspur u Bayern Munich. 

B’hekk qabeż lil Steve Bloomer, li skorja 313-il goal, u issa quddiemu hemm biss Jimmy Greaves bi 366-il goal.

Id-dominanza ta’ Kane hija evidenti wkoll meta mqabbel ma’ players oħra. Mill-2014 ’l hawn, huwa skorja 369-il goal fil-kampjonati ewlenin u ċ-Champions League, 215 aktar minn Jamie Vardy.

Meta magħduda wkoll il-logħbiet mat-tam nazzjonali Ingliż, Kane għandu 460 goal, ferm aktar minn Vardy (161) u Raheem Sterling (159).

B’hekk Kane jrid jiskorja 51 goal biex jilħaq lil Greaves li għamel din il-bravura f’inqas partiti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here