Il-Formula 1 se tirritorna fl-Afrika wara assenza ta’ 33 sena, hekk kif ir-Rwanda ffirmat ftehim ta’ għaxar snin biex tospita Grand Prix mill-bidu tad-deċennju li ġej. Iċ-ċirkwit il-ġdid se jinbena f’Bugesera, qrib il-kapitali Kigali, bi spiża stmata ta’ aktar minn £37 miljun.
Id-disinn tal-korsa qed jitħejja mill-eks sewwieq Alexander Wurz u se jisfrutta t-terren bl-għoljiet u l-pajsaġġ naturali taż-żona.
Lewis Hamilton ilu snin jitlob ir-ritorn tal-isport fl-Afrika u għen biex tingħata spinta lill-proġett.
Il-President tar-Rwanda, Paul Kagame, jittama li t-tiġrija tattira aktar turiżmu u investiment, għalkemm il-gvern tiegħu qed jiffaċċja kritika dwar ir-restrizzjonijiet politiċi u l-allegat appoġġ lir-ribelli tal-M23 fil-Kongo.
Il-kap tal-Formula 1, Stefano Domenicali, iddeskriva l-ftehim bħala mument importanti għall-isport. L-aħħar Grand Prix fl-Afrika kien sar fl-Afrika t’Isfel fl-1993.




