L-attakkant ta’ Manchester City, Erling Haaland, kien il-player li ħallas l-aktar taxxa fir-Renju Unit matul l-aħħar 12-il xahar.
L-internazzjonali Norveġiż huwa stmat li ħallas £16.9-il miljun f’taxxi, u b’hekk qabeż lil Mohamed Salah ta’ Liverpool, li ħallas madwar £14.5-il miljun.
Id-dħul ta’ Haaland jinkludi s-salarju tiegħu ma’ Manchester City, il-bonuses marbuta mal-prestazzjonijiet tiegħu u d-dħul mid-drittijiet tal-immaġni. Il-kuntratt tiegħu mal-club Ingliż u l-kummerċjalizzazzjoni tal-immaġni tiegħu jikkontribwixxu għall-qligħ sostanzjali tiegħu.
Haaland kompla jikkonsolida postu fost l-aktar players imħallsa fil-football Ingliż, grazzi għall-kapaċità tiegħu li jagħmel differenza fil-ground u għall-valur kummerċjali tiegħu.




